“Jew li ngħid jien, jew xejn” – One News

Notifiki

“Jew li ngħid jien, jew xejn”

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jkolhom għażla sempliċi dwar in-negozjati Brexit, jew li tgħid hi, jew xejn.

F’kummenti mal-midja Ingliża, May kellha kritika qawwija għal pjani minn dawk li jappoġġjaw Brexit biex tkun solvuta l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Dan wara li l-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskrivi l-fatt li din il-kwistjoni ma kinitx solvuta, u l-pjani ta’ May għal Brexit, bħala att suwiċidali għar-Renju Unit. Intant, studju li sar mill-BBC juri kif iktar minn nofs il-popolazzjoni Ingliża temmen li l-impatt Brexit se jkun wieħed negattiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend