Il-Qala ser tinbidel f’ċentru ta’ wirt kulturali – One News

Il-Qala ser tinbidel f’ċentru ta’ wirt kulturali

Ir-raħal pittoresk tal-Qala għal-darb’oħra ser qed ikun jinbidel f’ċentru ta’ wirt kulturali, dan hekk kif ser tiġi mtella’ it-13 –il edizzjoni tal-‘Qala International Folk Festival’ONE NEWS tkellem mal-Viċi Sindku tal-Qala s-Sur Jesmond Borg fejn spjega magħna li għal din is-sena ser jingħaqdu mal-gruppi lokali tal-folklor, fosthom il-Mehir Qala Group, tliett gruppi barranin oħra mir-Russja, mill-Italja kif ukoll mill-Irlanda biex ippaxxu lin-nies bl-iżfin folkloristiku. Borg, f’isem il-kunsill tal-Qala stieden lill-poplu kollu biex jattendi.

Dan il-festival ser jiġi mtella’ taħt il-patroċinju tal-Kunsill tal-Qala flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.

Wieħed jista’ jesperjenza dan billi jattendi bejn il-21 u 23 ta’ Settembru ġewwa l-pjazza tal-Qala.

Il-qliegħ kollu ta’ dan il-festival ser imur għal Malta Community Chest Fund.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend