Florence joqtol żewġt itrabi – One News

Notifiki

Florence joqtol żewġt itrabi

Żewġt itrabi huma fost is-17-il persuna li tilfu ħajjithom fil-Carolinas, l-Istati Uniti wara li l-Urugan Florence ħakem il-kosta tal-Lvant tal-Amerika. It-trabi jidher li nqatlu kawża ta’ siġar li waqgħu fuqhom waqt il-maltemp.Iktar minn 75 ċm ta’ xita niżlat fl-Istati ta’ North Carolina u South Carolina min-nhar il-Ġimgħa sa issa, b’għexieren ta’ eluf ta’ persuni jkunu sfurzati jħallu darhom.

Għalkemm ir-riħ naqas, għad hemm periklu kbir minħabba l-ammont ta’ xita li għadha nieżla f’dawn l-Istati Amerikani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend