Brexit diskuss fil-fond bejn il-PM Muscat u Theresa May – One News

Notifiki

Brexit diskuss fil-fond bejn il-PM Muscat u Theresa May

Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Din il-laqgħa deskritta bħala waħda importanti saret fl-isfond tan-negozjati tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropew dwar Brexit.F’Downing Street, iż-żewġ mexxejja tkellmu dwar l-isfida ta’ din il-kwistjoni u ħarsu ‘l quddiem biex jiġu żblokkati n-negozjati dwar Brexit.

Fil-laqgħa ma’ May, il-Prim Ministru Joseph Muscat qajjem ukoll diversi temi fosthom dawk komuni għall-pajjiżi tal-Commonwealth.

Intant aktar kmieni, il-Prim Ministru Muscat kellu laqgħa mal-eks Prim Ministru u l-eks mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Tony Blair, kif ukoll diversi laqgħat ma’ intraprendituri ġejjin minn diversi kumpaniji internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend