"Kapaċi nsiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq" | One News

Notifiki

“Kapaċi nsiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ma tantx ħalla impressjoni tajba fuq żagħżugħ li lmenta li qed isibha diffiċli biex isib xogħl f’pajjiżu.

Waqt laqgħa’ pubblika f’Pariġi llum, il-ġuvni qallu li applika għal bosta xogħlijiet u ma sabx ix-xorti, iżda Macron ma qabilx miegħu. “Kapaċi insiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”, insista l-President. Bħalissa, Franza għandha rata ta’ qgħad ta’ 10%, rata ogħla minn dik fl-Olanda, fil-Ġermanja, u fir-Renju Unit.

Fi Franza madwar 3 miljun persuna qed ifittxu xogħol, l-iktar persuni li għandhom taħt il-25 sena.

Iżsa bi kburija Macron saħaq li jekk wieħed huwa ambizzjuż biżżejjed, diversi lukandi u s-settur tal-kostruzzjoni kollha jgħidu l-istess: li għandhom bżonn in-nies biex iħaddmu.

Il-ġuvni baqa’ jinsisti li ħadd ma jrid jimpjegah u li hija wisq diffiċli biex isib impjieg. Għal dan, Macron kellu biss tweġiba waħda… ‘Get going’.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend