Il-Lieva tibqa’ fis-seħħ f’ibħra barranin – One News

Il-Lieva tibqa’ fis-seħħ f’ibħra barranin

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-aħbarijiet barranin kienu ddominati b’logħba futbol bejn il-Korea t’isfel u l-Ġappun. Finali tal-logħbiet asjatiċi għas-sena 2018, li r-rebbieħ tagħha mhux biss kien jirbaħ trofew u medalja.

Xejn inqas minn rebħa għat-tim tal-Korea t’isfel kienet tiddetermina sentejn minn ħajjet il-plejers korejani, partikolarment tal-captain tat-tim Heung Min Son.

Dan hekk kif kieku t-tim tal-Korea t’Isfel tilfu din il-finali, kien ser ikollhom bilfors jservu l-lieva u jmorru jservu fl-armata ta’ pajjiżhom.

L-istilla Koreana Heung Min Son kellu l-iktar x’jitlef minħabba l-lieva, hekk kif il-kuntratt tiegħu mal-ġganti Ingliżi Tottenham jinkludi salarju ta’ ħames miljun dollaru fis-sena.

Minkejja dan, il-liġi fil-Korea t’Isfel issotni li kull min huwa b’saħħtu jrid iservi fil-lieva mal-militari tal-pajjiż għal sentejn.

B’reazzjoni għal din is-sitwazzjoni One News tkellem ma Ray Mangion, professur tal-liġi fl-Università ta’ Malta fej staqsejnih dwar il-lieva nnifisha.

Meta ngħidu lieva noqgħodu attenti. Għax inti tista’ tkun parti minn army/reġiment jew volontarjament jiġifieri tagħżel inti jew inkella tkun imposta tkun mandatorja f’dak il-każ tiġi conscription. Lieva tiġi.

Huwa tkellem dwar kif il-lieva affetwat ukoll lil Malta fil-passat.

Dażgur lieva kien hawn jiġifieri Malta fiż-żmien li kienet kolonja jiġifieri qed nitkellmu qabel l-1964 kellna ir-reġimenti kellna l-army kemm Brittanikka u kemm lokali. Kellna diversi varjazzjonijiet.

Madankollu minkejja l-pressjoni enormi li kellu fuqu it-tim Korejan, kollox intemm b’ward u żahar, hekk kif irnexxielhom joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed.

Filfatt, fi tmiem il-logħba, wieħed seta’ jara l-emozzjonijiet tal-plejers Korejani, rashom mistrieħa li jistgħu jkomplu fuq il-karriera sportiva tagħhom.

Emozzjonijiet li minħabba ċ-ċirkostanzi differenti, mhux dejjem kienu preżenti fuq wiċċ il-Maltin antiki.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend