Il-ħsieb ta’ Delia jġibna kalamita għat-traffikanti tal-bnedmin – One News

Il-ħsieb ta’ Delia jġibna kalamita għat-traffikanti tal-bnedmin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħareġ jiddefendi d-dikjarazzjoni tiegħu li jrid Malta ċentru tas-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran u attakka lill-Partit Laburista li jrid idawwarlu kliemu.

Iżda, fl-istess stqarrija li ħareġ jiddefendi l-ħsieb tiegħu Delia reġa’ kkonferma li jrid li Malta “jkun biss il-pajjiż li jista’ jikkordina s-salvataġġ.”

Il-ħsieb ta’ Delia li jpoġġi lil Malti f’din il-pożizzjoni jgħamel lill-pajjiżna wieħed attrajenti għat-traffikanti tal-bnedmin bil-pjan ta’ dawn jibda jkun li f’kull każ l-immigranti jaslu Malta u b’hekk il-pressjoni tintefa’ kollha fuqna, l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Delia qed juri li m’għandux l-esperjenza u l-għerf politiku biex jiffaċja sitwazzjonijiet bħal dawn anke għax fi ftit sigħat idur minn pożizzjonijiet tal-lemin estrem għal oħrajn li jagħmlu lil Malta kalamita għat-traffikanti tal-bnedmin.

Filwaqt li Malta tibqa tonora l-obbligi tagħha u tħares id-dinjità umana, il-gvern bl-ebda mod mhu se jkun qed joffri li kull operazzjoni ta’ salvataġġ tkun ir-responsabbiltà ta’ Malta. Għax dan hu piż li pajjiżna ma jiflaħx għalih. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss