ARA: Kburin bit-tfal tagħna – Lara u Dona – One News

Notifiki

ARA: Kburin bit-tfal tagħna – Lara u Dona

Ftit tal-jiem ilu, Dona, Lara, u uliedhom serqu l-qlub tal-poplu Malti wara li l-istorja tagħhom ittellgħet fuq il-paġna ta’ The People of Malta u one.com.mt.

Illum, ONE News iltaqa’ mal-koppja, u sirna nafu iktar dwar il-vjaġġ tagħhom…

Jgħoddu 34 u 31 sena.

Dawn huma Dona u Lara, koppja miżżewġa friska b’tewmin il-ġmiel tagħhom.

Mindu l-istorja tagħhom itellgħet fuq il-midja soċjali, ġibdet l-interess ta’ bosta u filwaqt li wħud forsi ttimbrawhom u ħarsu lejhom bi preġudizzju għax huma koppja omosesswali, huma jsostnu li la għandhom xi ħaġa iktar u wisq aktar xi ħaġa inqas minn kwalunkwe koppja oħra.

It-trabi twieldu permezz ta’ donazzjoni tal-isperma, intervent li għalissa f’pajjiżna għadu mhux possibli jsir u għalhekk marru Londra.

F’Novembru bdejna naħsbu biex ikollna t-tfal. L-ewwel konna ħa nibdew bil-proċess tal-adoption iżda wara bdejna nitkellmu ma’ ċertu nies speċi ta’ ssuġerixxew li xi ħadd minnha jġorr it-tfal fil-ġuf.

Lara, li kienet hi li ġarret lit-trabi f’ġufha, irrakuntat il-mument hekk kif saru jafu li se jkollhom tewmin.

Christmas Eve konna nafu li twins, għall-ewwel kien naqra xokk imma imbagħad lill-Bambin irringrazzjanih u premjana b’dawn iż-żewġ itfal tagħna.

Ma’ dan l-istazzjon hi u tagħti wens lil waħda mit-trabi li ħasset il-ħtieġa li titħaddan ma’ dawk li jħobbuha b’imħabba bla qies, Dona spjegat it-tħassib tagħha li għada pitgħada wliedha jistgħu jsofru minħabba l-orjentazzjoni sesswali tal-ġenituri tagħhom.

 Ovvjament inti jkollok it-tfal inti tridhom l-aħjar u ma tridhomx li qatt jiġu bullied. Illum il-ġurnata, meta kont naħseb dwarha qabel, din ngħidha pubblikament speċi ta kont ngħid, naħseb inkun selfish li jiena bħala persuna gay ikolli t-tfal. Illum il-ġurnata ma naħsibhiex hekk. Tgħidli għala? Ir-raġuni hi li l-affarijiet qed jinbidlu fis-sens, illum it-tfal tant, fuq tagħna nista’ nitkellem, jiena nħobbhom jiġifieri ma nara xejn differenza bejn tiegħi u bejn ta’ ħuti.

Biex tkompli ssostni li l-ġenerazzjoni tal-lum u ta’ għada għandha tikber mingħajr preġudizzju, Dona qasmet magħna dan il-ħsieb profond.

Kumbinazzjoni jiena u Lara konna qed niddiskutu li jiena t-tfal tiegħi ma rridx li jkunu l-iskola u tasal Father’s Day u ma jagħmlux card għax m’għandhomx papa, fhimt? Jagħmluha u jekk iħossu li jindirizzawha lili għaliex jiena I am more male than Lara is, jagħmluha fhimt? Ma rridx li t-tfal tagħna jkunu inqas minn ta’ ħaddieħor għaliex it-tfal hemm hekk tibda l-bullying, għax inti ma tistax, għax inti hekk. U kelli esperjenza, kien hemm nurse u meta dħalt l-MPICU, mort bil-ħalib, għax Lara kienet tagħti l-breast dak iż-żmien u ġiet u qaltli għax illum Father’s Day, ħa nagħti soft toy. Għedtilhom u żgur trid tagħtihom soft toy lit-tfal, allaħares le.

F’ġurnata sabiħa li Lara u Dona bħala familja marru jimmanisfestaw is-sabiħ ta’ soċjetà diversa u li qed tkompli tinfetaħ, Dona spjegat magħna kif hi u Lara qed jgħixu ħolma mimlija ferħ u għożża lejn iż-żewġ t’anġli tagħhom.

Jiena kont nimmaġina li nikber, immur niżżewweġ barra minn Malta, niġi imbagħad nagħmel it-tieġ tiegħi. Ta’ tfal kienet żgur ħolma jiġifieri llum, illum timxi, pjuttost nimxi fit-triq ma’ Lara l-mara tiegħi u bit-tfal u nħossni proud.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend