Rotta ta' bil-lejl ġdida bejn Tas-Sliema u Buġibba | One News

Notifiki

Rotta ta’ bil-lejl ġdida bejn Tas-Sliema u Buġibba

Malta Public Transport illum qed tibda topera rotta ġdida ta’ bil-lejl bejn Tas-Sliema u Buġibba. Ir-rotta N212 se topera tul waħda mill-aktar rotot popolari peress li tgħaqqad Sliema Ferries u San Ġiljan ma’ Buġibba, mit-Tnejn sal-Ħadd.

Ir-rispons pożittiv għar-rotta ta’ binhar bejn Tas-Sliema u Buġibba, numru 212, wassal lill-Malta Public Transport biex iżżid is-servizz mal-iskeda ta’ billejl sabiex tkun tista’ taqdi aħjar lill-passiġġieri. Din l-introduzzjoni tiġi wara s-suċċess li rat l-estensjoni tas-servizz ta’ matul il-ġimgħa fuq ir-rotta N13 u r-rotta gdida N91.

Ir-rotta ġdida N212 toħroġ minn Sliema Ferries għal San Ġiljan – Triq il-Kosta – San Pawl il-Baħar – Buġibba Terminus kull 30 minuta minn 23:12 sa 00:42. Il-vjaġġ lura jitlaq minn Buġibba Terminus – Qawra – Triq il-Kosta – San Ġiljan – Sliema Ferries kull 30 minuta minn 23:05 sa 00:35.

Aktar dettalji dwar is-servizz jinstabu fuq is-sit ta’ Malta Public Transport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend