Raġel ferut gravi fil-Gżira | One News

Notifiki

Raġel ferut gravi fil-Gżira

Ilbieraħ għall-ħabta tat-20.10, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira.

Il-Pulizija  mill-Għassa  ta’  Tas-Sliema  marru  fuq  il-post,  fejn  minn  investigazzjonijiet  preliminari rriżulta li allegatament kien seħħ argument bejn żewġt irġiel, fejn wieħed minnhom  li għandu 22 sena u huwa mill-Gambja kien allegatament qala’ daqqiet ta’ arma li taqa’ u bil-ponta waqt l-istess argument.

L-identità  tal-allegat aggressur għadha mhux magħrufa.

Ir-raġel ta’ 22 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dwar il-każ inħatret inkjesta milll-Maġistrat Dr S Grech LLD.

Investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend