L-Ombudsman jippreżenta l-‘Ombudsplan’ għas-sena 2019 lill-Ispeaker – One News

Notifiki

L-Ombudsman jippreżenta l-‘Ombudsplan’ għas-sena 2019 lill-Ispeaker

L-Ombudsman Parlamentari Anthony Mifsud ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia kopja tal-Ombudsplan għas-sena 2019 kif mitlub mill-Att tal-1995 dwar l-Ombudsman.

Permezz ta’ dan id-dokument l-Ombudsman jipprovdi lill-Kamra rendikont tax-xogħol li jkun sar u li qed isir mill-uffiċċju tiegħu kif ukoll jagħti ħjiel ta’ dawk l-impenji li l-istess uffiċċju jkun beħsiebu jidħol għalihom matul is-sena 2019.

L-Ombudsplan iservi wkoll biex jiġu allokati l-fondi lill-Ombudsman li skont il-Kostituzzjoni hu uffiċjal tal-Parlament. Dan il-proċess jirrikjedi l-konsiderazzjoni tad-dokument mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex wara jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend