Bil-Filmat: il-Prim Ministru jinawgura ċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Kirkop | One News

Notifiki

Bil-Filmat: il-Prim Ministru jinawgura ċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop

Inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop li ser iservi bħala l-ewwel post ta’ trattament għall-kura għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, b’mod partikolari għal familji minn Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Farruġ u l-Imqabba.

B’investiment ta’ madwar miljun ewro, aktar minn 28,000 resident ser ikunu jistgħu jinqedew bl-aktar mod faċli mingħajr ebda skariġġ żejjed. Fl-istess waqt ser ikun qed jittaffa l-piż minn fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana li fih kinu jirrikorru għall-kura.

Dan iċ-Ċentru tas-Saħħa ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li daru bosta kliniċi li fihom il-pazjenti se jingħataw il-kura fosthom dik tad-dijabete.

Il-Prim Ministru saħaq li s-servizz tas-saħħa f’Malta ser jibqa’ b’xejn u tal-ogħla kwalita.  Qal li permezz ta’ dan l-ewwel ċentru tas-saħħa f’dan ir-reġjun, il-Gvern huwa impenjat li joffri sistema tas-saħħa mibnija fuq il-bżonnijiet tan-nies fejn wieħed faċilment ikun moqdi aħjar f’inqas ħin.

Il-Kap Eżekuttiv fil-Kura tas-Saħħa Primarja Roseanne Camilleri qalet li ċ-ċentru se joffri aktar minn 17-il servizz tas-saħħa. Dawn jinkludu fiżjoterapika, dijabete u s-saħħa tal-għajnejn.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar aktar investiment fil-qasam tal-kura primarja. Apparti minn hekk, il-Gvern ser ikun qed jagħmel tiġdid fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira sabiex dan ikun aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend