Iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u l-istitut tal-edukazzjoni | One News

Notifiki

Iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u l-istitut tal-edukazzjoni

Ftehim bejn il-Kulleġġ Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u l-istitut tal-edukazzjoni se jwassal biex l-istudenti maltin jingħataw tgħallim aħjar u prattiku fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.

L-impjegati tal-Esplora se jingħataw taħriġ mill-istitut tal-edukazzjoni dwar kif jistgħu joffri spjegazzjoni aħjar lil dawk li jiġu jżuru l-Esplora.

Il-ftehim se jkun għal tlett snin u t-taħriġ se jingħata lil madwar tlettin ħaddiem tal-Esplora.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal li dan il-ftehim huwa wieħed importanti hekk kif il-ħaddiema tal-Esplora se jkun aktar infurmati kif iwasslu l-messaġġ.

Il-ftehim se jwassal ukoll biex l-għalliema tal-kimika, bijoloġija, u l-fiżika, jersqu lejn l-Esplora u juzaw l-faċilitajiet tagħhom.

Sabiex fil-prattika l-istudenti jitgħallmu dawn l-istudenti b’mod aħjar u jużaw il-faċilitajiet tal-esplora.

Joanne Grima, il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Edukazzjoni qalet li “dan huwa ftehim importanti għaliex jistgħu jintużaw ir-riżorsi tal-Esplora għal taħriġ fil-prattika”.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li edukazzjoni tajba tgħaqqad dak li jiġri fl-iskola u f’postijiet bħall-Esplora. Fisser din il-kollaborazzjoni bħala waħda importanti għal soċjetà aktar demokratika u formata.

Qal li għandna bżonn aktar żgħażagħ jagħżlu suġġetti tax-xjenza, teknoloġija u arti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend