“Għamiltha ċara li ma rridx nara xeni bħal dawn” – One News

Notifiki

“Għamiltha ċara li ma rridx nara xeni bħal dawn”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li kien iddiżappuntat bil-mod kif il-Pulizija imxew ma’ dawk li lbieraħ ipprotestaw kontra l-bini ta’ pompa tal-petrol fiż-Żejtun, liema pompa issa mhux se tinbena. Il-protesta saret barra l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar.Mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru saħaq li ma setax jifhem is-sitwazzjoni minħabba l-fatt li l-Pulizjia aġixxiet b’mod tajjeb waqt protesta simili li saret ftit tal-ġimgħat ilu, u għaliex id-deċiżjoni finali kienet dik li xtaqu il-protestanti: li l-pompa tal-petrol fiż-Żejtun ma ssirx.

Muscat qal li hu dejjem se jibqa’ jiddefendi d-dritt li wieħed jipprotesta, u li ma jridx jara xeni bħal dik tal-bieraħ waqt xi dimostrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend