€600,000 għal tliet toroq fin-Nadur | One News

Notifiki

€600,000 għal tliet toroq fin-Nadur

Tlestiet l-ewwel minn tliet toroq fin-Nadur. Toroq li qed isiru b’investiment ta’ kważi €600,000 fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti.

B’iktar minn kilometru ta’ tarmak, l-ewwel triq li tlestiet kienet Triq Wied Binġemma, filwaqt li se jibda x-xogħol fuq Triq Xurdin u Triq Inżul il-Franċiżi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri spjega kif Triq Wied Binġemma hija waħda mit-toroq rurali li huma ffinanzjati mill-Programm għall-iżvilupp Rurali.“Din hija triq importanti ferm għall-bdiewa Nadurin. Triq, biex ngħidu hekk, li ġġonġi        ma diversi raba’ u għelieqi ta’ bdiewa. U għaldaqstant dan huwa investiment importanti għal dan ir-raħal biex inkomplu nsaħħu l-biedja f’pajjizna.”

F’Għawdex huma sittax it-toroq rurali li qegħdin jittejbu għall-benefiċċju tas-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali, f’żewġ miżuri biex jinbnew toroq rurali u jitranġaw ħitan tas-sejjiegħ.

Il-Perit Camilleri semma kif permezz ta’ dawn il-fondi, f’Għawdex qegħdin igawdu l-kunsilli ta’ Ta’ Sannat, in-Nadur, ix-Xagħra, Kerċem, l-Għarb u ż-Żebbuġ.

Is-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li dawn it-toroq mhux se jservu biss għall-bdiewa tal-lokal.

“Dawn il-postijiet huma attrazzjonijiet anka turistika, u attrazzjoni li tintuża mir-residenti tan-Nadur ghall-mixjiet taghhom. Kollox ma kollox qed nużaw dawn il-fondi – iktar minn nofs miljun ewro vvutati ghat-toroq rurali fin-nadur, sabiex naghtu rigal lill-poplu u r-residenti taghna.”

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jintervjeni biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-bdiewa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend