Daqshekk Beetles fit-toroq! | One News

Notifiki

Daqshekk Beetles fit-toroq!

Il-Produtturi Ġermaniżi tad-ditta Volkswagen se jwaqqfu l-produzzjoni tal-karozza Beetle, wara li l-bejgħ ta’ din il-karozza sofra daqqa ta’ ħarta partikolarment fis-suq Amerikan. Il-Beetle hija waħda mill-iktar karozzi ikoniċi tal-aħħar seklu, speċjalment wara s-sensiela ta’ Disney ‘Herbie’.Jidher li l-konsumaturi qed jagħżlu karozzi ikbar u iktar ‘prattiċi’ mill-Beetle, u wara l-iskandlu tal-emmissjonijiet tad-diesel li ħakem id-ditta, Volkswagen qalu li se jibdew jiffukaw fuq il-produzzjoni ta’ karozzi addattati għal familji kbar u li jaħdmu bl-elettriku.

L-aħħar Beetle se tinħadem minn Volkswagen fl-2019, minn hemm, issir parti mil-Istorja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend