Sitt persuni jinqatlu f'sensiela ta' sparaturi f'Kalifornja | One News

Notifiki

Sitt persuni jinqatlu f’sensiela ta’ sparaturi f’Kalifornja

Sitt persuni nqatlu f’sensiela ta’ sparaturi fil-belt ta’ Bakersfield fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja.

Jidher li raġel u martu saqu għal fuq folla nies, u r-raġel fetaħ arma tan-nar fuq żewġt irġiel u fuq martu.

Ir-raġel daħal f’residenza privata u spara fuq żewġ persuni oħra, kif ukoll seraq karozza b’mara u tarbija fiha, u qatel lilu nnifsu.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga r-raġuni wara dan l-attakk.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-17:20 ħin tal-post, bil-Pulizija tgħid li kien attakk li dam biss ftit minuti u kien wieħed ippjanat b’reqqa mill-aggressur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend