"Min hi dik il-ħoxna li hemm fuq il-palk?" | One News

Notifiki

“Min hi dik il-ħoxna li hemm fuq il-palk?”

L-attriċi Ingliża Carrie Hope Fletcher bħalissa qed tati spettaklu mill-aqsa fil-Musical Heathers fuq il-palk tal-West End f’Londra. Iżda l-irwol tagħha ġab miegħu baraxx ta’ kummenti xejn sbieħ fuq is-sbuħija u l-ħxuna tal-attriċi.

“L-ewwel kumment li rajt kien: Min hi dik il-ħoxna u l-kerha li hemm fuq il-palk? X’ġabuha jagħmlu?”, stqarret Fletcher. Dan il-kumment weġġa’ sew lill-attriċi, tant li kienet qed tikkunsidra li tmur lura mid-deċiżjoni tagħha li taħdem f’dan l-ispettaklu.“Imma mbaghad indunajt li dan huwa l-aħjar irwol li qatt kelli kemm ilni nirreċta. Ma kontx se nħalli kumment ixekkel dak kollu li nemmen fih. Fuq kollox, jien nilbes qies 12 jew 14, li fl-opinjoni tiegħi, hu qies normali”.

Fletcher baqgħet għaddejja bl-irwol ta’ Veronica Sawyer, u qed tagħmel suċċess kbir, tant, li diversi persuni qed jixtru biljetti apposta biex jaraw lil “dik il-ħoxna u l-kerha li hemm fuq il-palk”.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend