L-impjiegi full-time jiżdiedu b’6.5% – 10,883 impjieg ġdid fis-settur privat – One News

Notifiki

L-impjiegi full-time jiżdiedu b’6.5% – 10,883 impjieg ġdid fis-settur privat

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul April li għadda, l-impjiegi full-time żdiedu b’6.5% biex issa qabżu l-230,000. Fl-istess perjodu dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’730.

Iċ-ċifri juru li f’April li għadda, l-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’10,883 fuq April tas-sena l-oħra.

Iċ-ċifri juru li fis-settur privat hemm jaħdmu kważi 155,000 ħaddiem filwaqt li fis-settur pubbliku l-impjiegi żdiedu b’1,469 u laħħqu kważi s-47,000.

L-impjiegi part-time f’April żdiedu wkoll bi 2.3% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Iċ-ċifri juru wkoll li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom żdiedu b’942 ruħ.

Joħroġ ukoll l-għadd ta’ part-timers li kellhom ukoll impjieg full-time kienu jammontaw għal kważi 27,000, żieda ta’ 8.8% meta mqabbel ma’ April tal-2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend