Il-pompa tal-petrol fiż-Żejtun mhux se tinbena – One News

Il-pompa tal-petrol fiż-Żejtun mhux se tinbena

B’għaxar voti favur u wieħed kontra, l-pjan sabiex tinbena pompa tal-petrol f’Bulebel ma ntlaqax u għalhekk din mhux se tinbena.  Dan wara li l-Board tal-Awtorità tal-Ippjanar qabel mar-rakomandazzjoni tad-Direttorat sabiex din ma tinbeniex.Aktar kmieni kienet qed tittellgħa preżentazzjoni tal-proposta quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn għal xi ħin din ġiet postposta għal madwar siegħa.  Dan wara li l-attivisti tal-Moviment Graffitti u Kamp  Emerġenza Ambjent daħlu fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar u sfrattaw il-laqgħa bid-daqq tat-tnabar, kant, għajjat u storbju li wassal biex il-lagħqa kellha tiġi posposta.

Fuq il-post marru minnufih numru ta’ uffiċjali tal-pulizija kif ukoll membri mill-iskwadra tar-rapid intervention unit fejn ipprovaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Madankollu, din ma kienitx biċċa xogħol faċli għall-pulizija.  Dan għaliex minkejja li għal diversi drabi u bil-kelma t-tajba l-pulizija tkelmu mar-rapreżentanti biex jitilqu mill-bini, dawn irrifjutaw.

Kien wara diversi tentattivi, li l-pulizija kellha toħroġ lil dawn in-nies il-barra mill-post billi ntużat forza minima u neċessarja sabiex dawn l-attivisti jinħarġu l-barra.  Ġara illi waqt li l-pulizija kienu qed jipprovaw jagħmlu xogħolhom biex iżommu l-ordni, l-attivisti tal-Moviment Graffitti bdew iżommu lil sħabhom minn sieqhom sabiex dawn ma jinħargux mill-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend