Hekka mod ġdid! – One News

Notifiki

Hekka mod ġdid!

Nhar il-Ħadd li ġej, Adrian Delia jagħlaq sena lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista tawh il-fiduċja tagħhom biex suppost ‘imexxi’ lill-Partit Nazzjonalista.

Wara sena iżda għadu ma ħax il-fiduċja tal-Grupp Parlamentari li għandu madwaru, tas-soċjetà inġenerali u evidenti wkoll li lanqas lil mara tiegħu għadu ma kkonvinċa minn dak li rajna dan l-aħħar!

Delia, li tajjeb li nfakkru, li kieku kien għal Simon Busuttil, il-predeċessur tiegħu fuq il-karta, għax effettivament huwa s-suċċessur ukoll, ma kienx jikkontesta għat-tieni rawnd wara l-allegazzjonijiet li għamlet Daphne Caruana Galizia fuq racket ta’ prostituzzjoni fir-Renju Unit, kien wiegħed li se jagħmel mod ġdid.

Sena wara kulħadd l-istess kelma u frażi biex inkun eżatt; “Hekka mod ġdid!”Delia baqa’ bl-istess mod, jekk ma marx pass lura, iżda joħorġu ħafna affarijiet oħra wkoll:

–        Baqa’ negattiv bħal u aktar minn Simon Busuttil – tisimgħu jitkellem nhar ta’ Ħadd taħseb li kwarta wara li jintemm ġejja l-Appokalissi;

–        Inkonsistenti – jara x’hemm fil-gazzetti filgħodu, jitkellem fuqhom, iżda jinsa xi jkun qal fuq l-istess suġġett – eżempju ċar dwar l-Ekonomija, filli ħażina, u filli tajba iżda mhux qed trendi biżżejjed – prova ifhem;

–        Populist – minn xi daqqiet politiċi bħal Salvini u Le Pen jidhru naive ħdejh! Juża’ l-biża, u l-biżgħat tan- nies biex jirkeb fuq il-mewġa u jipprova jiskurja xi żewġ punti – iżda nemmen li qed jagħmel auto-goal kull darba;

–        Ipokrita, imsomma bigota aħjar – filgħodu jitkellem fuq l-immigrazzjoni u l-immigranti, kważi mal-lasta li jkun qabeż il-linja tar-razziżmu, u l-għada jmur jiltaqa’ mal-Kaptan tal-bastiment Lifeline li għandu proċeduri kontrih għax kiser il-liġi u jgħidlu proset;

–        Il-kelma tiegħu ma tiswa xejn – l-inkjesta Egrant. Delia joħroġ jgħid li Simon Busuttil għandu jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari fuq il-gidba li ppilota. Busuttil iwieġbu lura u jgħidlu li ma kienx se jagħmel hekk, u ġimgħa wara joħroġ jitkellem Delia u jgħid li Simon Busuttil m’għandux għalfejn jissospendi ruħu. Spiċċa umiljat;

–        Lanqas jemmen lil kliemu stess – jitkellem ħafna dwar kif għandhom isiru l-affarijiet, iżda mbagħad kont tat-taxxa, li s’issa ma nafux kif tħallas eżatt minkejja d-dikjarazzjonijiet tiegħu li biegħ xi propjetà, tħallas għax saret pressjoni mill-media;

–        Firda sħiħa – qatt ma kien hemm il-livelli ta’ firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista, b’Deputati b’mod apert jikkritikaw lil Kap tagħhom stess, Viċi Kapijiet li jgergru b’mod apert u ħafna botti fid-diskorsi;

Din hija s-sena ta’ Delia. Happy 1st  Anniversary! (Nittamaw li ‘sħabek’ iħalluk tiċċelebra aktar bħala ‘Kap’ tal-PN)

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Send this to a friend