Apple jħabbru tliet mudelli ġodda tal-iPhone – One News

Notifiki

Apple jħabbru tliet mudelli ġodda tal-iPhone

F’konferenza ġewwa Steve Jobs Theatre f’California, il-ġganti tat-teknoloġija Apple lbieraħ ħabbru tliett mudelli tal-iPhones ġodda għall-pubbliku.

Dawn huma l-iPhone XS, iPhone XS Max u l-iPhone XR.

Image result for iphone xs xs maxIt-tlieta huma bbażati fuq l-aħħar mudell tal-iPhone li ħareġ is-sena l-oħra – iPhone X.

Iphone Xs huwa s-suċċessur tal-iPhone X u ser ikun qed jinkludi fih processor ġdid grazzi għaċ-ċippa A12 flimkien ma l-aħħar IOS – IOS 12. Huwa wkoll ser qed jinkludi display ġdid bl-isem ta’ Super-Retina.

L-iPhone XS Plus/Max ser ikun l-ikbar mudell tal-iPhone li qatt ħarġet Apple. Huwa ser ikun qed jinkludi fih display Super-Retina wkoll, kbir 6.5 pulzieri.

Minn naħa l-oħra l-iPhone XR ser ikun irħas mill-XS u XS Max. Huwa ser ikun qed ikollu display kbir 6.1 pulzieri madankollu dan ser ikun tal-għamla LCD u mhux OLED b’Super-Retina li huwa ftit aktar avvanzat.

Apparti minn hekk dan il-mudell ser ikun qed joħroġ f’6 kuluri differenti – Blu, isfar, aħmar, abjad, iswed u coral.

Intant Apple ntroduċiet mudell ġdid tal-Apple Watch bl-isem ta’ Series 4. Dan ser ikollu display ikbar u irqaq mill-predeċessuri tiegħu.

Image result for apple watch series 4

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend