Xi ħadd kellu aptit idaħħaq qisu… – One News

Notifiki

Xi ħadd kellu aptit idaħħaq qisu…

Trid tara biex temmen kultant.

Din it-tabella fixklet minjaf kemm-il sewwieq fil-provinċja Kanadiża ta’ Nova Scotia, wara li lukanda popolari neħħiet billboard li kienet qed tirreklama fuqu, u kixfet din it-tabella, ejja nsejħulha oriġinali…Għalkemm naf biċ-ċert li nisslitilkom tbissima, residenti fil-madwar huma nkwetati ferm li din se tikkawża ħafna inċidenti tat-traffiku.

Oħrajn qed jinkwetaw x’se jaħsbu t-turisti.

U hemm min qed jgħid li huwa miraklu kif sa issa l-ebda msejken ma’ saq għal fuq l-għalqa biswit it-triq.

It-tabella qed turi jigsaw puzzle ta’ ismijiet ta’ rħula fil-viċin kemm bl-Ingliż u kemm bil-Franċiż. Id-Dipartiment tat-Trasport, mid-dehra qed jegħreq fl-ilmenti…

Ħa naraw kemm se tibqa’ hemm!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend