Tliet xhur ħabs fuq logħob tal-azzard illegali | One News

Notifiki

Tliet xhur ħabs fuq logħob tal-azzard illegali

Rumen ta’ 50sena li joqgħod il-Qawra ntbagħat tliet xhur ħabs wara li wieġeb ħati li kien qed iħaddem operazzjoni tal-azzard mhux awtorizzata.

Adrian Rusu kien akkużat li fl-4 ta’ Settembru u fil-jiem ta’ qabel, opera jew ħa sehem f’logħob tal-azzard mhux awtorizzat, u li uża post mhux liċenzjat għal attivitajiet ta’ logħob u li kien innvolut f’imħatri illegali tal-flus.

Kien akkużat ukoll li għamel ħsara fuq proprjetà tal-pulizija waqt li kien arrestat f’għassa tal-pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend