Titneħħielu sentenza ħabs wara li weġġa' raġel ieħor minħabba parkeġġ | One News

Notifiki

Titneħħielu sentenza ħabs wara li weġġa’ raġel ieħor minħabba parkeġġ

Raġel li ngħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija kellu s-sentenza mibdula wara li l-Qorti ta-Appell ikkunsidrat is-sitwazzjonijiet kollha f’ħajtu bħalissa. Kenward Jake Bartolo ta; 23 sena kien mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq Godfrey Grech ta’ 69 sena waqt argument f’Bormla 4 snin ilu.Jidher li l-argument beda fuq parkeġġ ta’ vetturi, u l-akkużat allegatament irrabja u uża mezzi vjolenti biex jagħmel punt.

Il-Qorti tal-Appell studjat ir-rapport sew u qalet li fehmet għalfejn l-akkużat irrabja u eventwalment uża l-vjolenza f’din is-sitwazzjoni. Żiedet tgħid li l-akkużat kellu kondotta nadifa għajr każ ta’ sewqan mingħajr liċenzja wara l-argument.

Kien meqjus li Bonello kien kapaċi jegħleb ċirkostanzi diffiċli f’ħajtu u assuma doveri f’ħajtu li jmorru lil hinn min-normalità.

Għalhekk il-Qorti ssospendiet is-sentenza ta’ sitt xhur ħabs b’sentejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend