Melodija ta' Mħabba għal ommu | One News

Notifiki

Melodija ta’ Mħabba għal ommu

Lulu membru mill-grupp popolari Xarulu’ għadu kemm ħareġ kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Melodija ta’ Mħabba li kienet imnebbħa fih wara siegħat twal li qatta’ ħdejn ommu fl-isptar fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.

Stqarr magħna: Melodjia ħelwa li ddamdam f’moħħi, ma ħallitniex kwiet u spiċċajt niħħamjaha lil ommi meta kienet mitlufa min sensieha.

Din hija melodija ta’ mħabba li tirrappreżenta l-vjaġġ kiefer li l-familjari jkollhom jgħaddu minnu.

Għal-Lulu din hija t-tieni kanzunetta li nkitbet għall-ġenituri tiegħu fejn kienet inkitbet ukoll Dear Dad mill-grupp popolari Xarulu’.

Lulu qalilna li din il-kanzunetta nkitbet matul il-lejl meta flok jorqod kien jispiċċa bil-pinna għal tul ta’ ħin saħansitra sas-siegħat bikrin ta’ filgħodu.

Temm billi qal: Il-kanzunetta hija ddedikata ghal dawk kollha li għaddew mill-istess vjagg tiegħi biex isibu faraġ , kunsens u kuraġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend