Marsascala jirbħu l-kompetizzjoni K.O tal-ewwel diviżjoni | One News

Notifiki

Marsascala jirbħu l-kompetizzjoni K.O tal-ewwel diviżjoni

Marsascala  Transcripta rebħu l-kompetizzjoni BOV Knock Out tal-ewwel diviżjoni meta fil-finali għelbu lil Bir’ebbuga Freeport bl-iskor ta’ 12-8. L-iskalin rebħu din il-kompetizzjoni wara assenza ta’ erba’ snin.

Kienet wirja pozittiva min-naħa tat-tim ta’ Marsacala fejn bdew b’mod qawwi din il-logħba u rnexxielhom iżommu l-kmand f’idejhom.

Marsascala rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet bl-iskor ta’ 4-1.

Huma naqqsu ftit ir-ritmu fit-tielet sessjoni li spiccat fi draw ta’ 2-2.

Birżebbuġa ppruvaw reazzjoni fl-aħħar sessjoni, sessjoni li rebħu 4-2, iżda kien tard wisq biex jeqilbu r-riżultat.

L-aqwa skorer għal Marsacala kien Andrej Vlahovic b’ħames goals, bil-goals l-oħra jaslu minn dopjetta ta’ Jake Bajada u goal kull wieħed għal Jean Claude Cutajar, Daniel Borg Millo, Liam Grixti, Christian Mifsud u Reinhard Attard.

Serge Mora kien l-aħjar skorer għal Birżebbuġa b’ħames goals.

Il-goals l-oħra waslu minn David Cutajar, Mikhael Cutajar u Mattias Ortoleva

Fi tmiem il-finali il-captain ta’ Marsacala Duncan Cassar ġie ippreżentat bit-tazza mill-kap eżekuttiv tal-BOV Paul Gauci fil-preżenza tal-president tal-ASA Joe Caruana Curran.

Intant fil-finali tal-kompetizzjoni Knock Out tan-Nisa, Sliema għelbu lil San Ġiljan bl-iskor ta’ 12-8.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend