Ma tista' tafda lil ħadd! | One News

Notifiki

Ma tista’ tafda lil ħadd!

Jidher li l-prinċipessa l-ġdida Meghan Markle bdiet idduq il-qrusa li ġġib magħha l-ħajja Rjali. Diversi rapporti fil-midja internazzjonali qed jallegaw li d-Dukessa ma tista’ tafda lil ħadd minn sħabha ta’ qabel ma żżewġet lill-Prinċep, għaliex għadhom ma waqfux jgħaddu stejjer dwarha lill-midja.Jidher li Markle qed issibha diffiċli tafda li xi ħadd, u l-familja tagħha mhux qed jagħmlulha ħajjitha faċli. Kulħadd jiftakar il-kwistjoni ta’ missierha u t-tieġ, iżda jidher li issa, oħtha, Samantha Markle, qed tinfexx f’attakki kontriha fuq il-midja soċjali.

Jista’ jkun għira, jista’ jkun li mindu saret Dukessa, Meghan Markle inbidlet man-nies li kienu f’ħajjitha qabel. Li hu żgur hu, li l-imsejkna ma tantx se jkollha ħin għaliha issa!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend