"Jekk ningħaqdu, insaħħu l-prinċipji li nbiet fuqhom l-U.E."- Juncker | One News

Notifiki

“Jekk ningħaqdu, insaħħu l-prinċipji li nbiet fuqhom l-U.E.”- Juncker

L-Unjoni Ewropea mhix perfetta iżda l-ħidma se tkompli fix-xhur li ġejjin biex issir iktar perfetta.

Dan qalu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, hekk kif wassal l-aħħar diskors tiegħu magħruf bħala State of the Union.

Diskors li appella biex kulħadd jingħaqad.Dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Juncker sostna li l-Ewropa hija wisq żgħira biex tkun maqsuma.

B’reazzjoni għad-diskors ta’ Juncker, is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia sostna li huwa pożittiv li l-Unjoni Ewropea tindirizza kwistjonijiet fejn hemm tkaxkir tas-saqajn.

“Jiena rajt ukoll ċertu determinazzjoni u ambizzjoni fid-diskors tiegħu, fis-sens li qed jgħid li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu leadership issa”.

Il-Ministru Helena Dalli nnotat li hemm bżonn ta’ iktar ħidma biex iż-żagħżagħ jibqgħu fl-Ewropa.

“Semma wkoll il youth unemployment li qed jonqos issa, iżda nafu li għandna kriżi serja hemmhekk. Mhux Malta. Malta għandna l-oppost, għandna full employment, iżda nafu li hemm talent żagħżugġ fl-Unjoni Ewropea li qed jitlaq, qed imur fl-Istati Uniti biex isib xogħol”.

Dwar Brexit, sostna r-Renju Unit ma jista qatt ikun rikonoxxut bħala stranġier u se jibqa’ msieħeb importanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend