“Is-suspettati huma nies ċivili u mhux kriminali” – One News

Notifiki

“Is-suspettati huma nies ċivili u mhux kriminali”

Iż-żewġ suspettati fil-każ tal-ivvalenar tal-eks spija Russu, Sergei Skripal u bintu huma persuni ċivili u mhux kriminali.
Dan qalu l-President Russu Vladimir Putin li fisser kif il-gvern tiegħu sab lil dawn it-tnejn u ttama li jidhru u jgħidu l-istorja tagħhom.Il-gvern tar-Renju Unit semmihom bħala Alexander Petrov u Ruslan Boshirov u qal li kienu mis-servizz militari Intelliġenti tar-Russja.
Skripal, ta’ sitta u sittin sena u Yulia ta’ tlieta u tletin sena ġew ivvalenati fir-Renju Unit f’Marzu li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend