Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti skorretti tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte dwar id-Diciotti | One News

Notifiki

Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti skorretti tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte dwar id-Diciotti

Il-Gvern ta’ Malta jirreferi għall-kummenti skorretti li saru mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fir-rapport tiegħu dwar il-każ tad-Diciotti iktar kmieni llum.

Il-Gvern Malti jisħaq li fil-każ tad-Diciotti, il-Gvern Taljan irid jerfa’ r-responsabbiltà kollha bl-obligazzjonijiet taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali.

Kuntrarju għal dak li qal il-Prim Ministru Taljan, Malta offriet l-għajnuna tagħha, u din ġiet irrifjutata. Malta ma setgħetx tinterċedi fl-ibħra li mhux tagħha, iżda baqgħet tissorvelja d-dgħajsa sakemm il-vapur Taljan interċetta d-dgħajsa u tella’ l-immigranti abbord, allura territorju Taljan. Dan ifisser li l-Italja kellha tobdi l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 relatata mal-istatus tar-refuġjati. Ir-regolarizzazzjoni ta’ Dublin bdiet fil-mument li l-immigranti ġew salvati.

Malta terġa’ tisħaq għall-kooperazzjoni internazzjonali u biex ma jibqgħux isiru allegazzjonijiet foloz pubblikament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend