Dirett: Jean-Claude Juncker bl-aħħar ‘State of the Union’ – One News

Notifiki

Dirett: Jean-Claude Juncker bl-aħħar ‘State of the Union’

Il-President tal-KE għandu quddiemu State of The Union fi żmien ta’ sfidi kbar.

Illum, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union.

Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”.

F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025. Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta Kullħadd fakkret kif fost l-iktar fuq l-aġenda fl-istituzzjonijiet Ewropej bħalissa hemm Brexit bit-taħditiet bejn ir-Renju Unit u Brussell jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dan iwassal biex wieħed jistenna li Juncker jagħmel referenza ċara. Għalkemm strateġikament huwa maħsub li d-diskors tiegħu ma jiffokax fuq hekk.

Fost it-temi li mistenni jindirizza Juncker hemm is-sussidjarjetà, in-negozju, il-migrazzjoni, in-nazzjonaliżmu, l-enerġija u t-tibdil fil-klima.

Juncker mistenni jsib temi wkoll li n-nies jirrelataw magħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend