Delia jgħid li hu aktar konservattiv minn Busuttil – jakkuża deputati tiegħu b'intenzjonijiet ħżiena | One News

Notifiki

Delia jgħid li hu aktar konservattiv minn Busuttil – jakkuża deputati tiegħu b’intenzjonijiet ħżiena

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża deputati nazzjonalisti li qegħdin joħorġu informazzjoni skoretta kontrih.
F’intervista mimlija botti fil-konfront tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, Delia qal li għad hemm nies fil-partit li ma jridux jitilqu l-poter minn idejhom u għadhom ma jridux jaċċettawh.
Dwar l-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla, Adrian Delia tenna li se jibqa’ hemm ikun xi jkun ir-riżultat.

Mistoqsi dwar il-laqgħat tal-Grupp Parlamentari, Delia qal li l-informazzjoni li ngħata l-ġurnalist hija skoretta u akkuża lil deputati nazzjonalista b’intenzjoni ħażina.

Saħansitra akkuża lil Busuttil li taħtu, id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn qabel.

Mistoqsi kemm hu differenti minn Busuttil li astejna fil-vot dwar id-dħul tal-liġi tal-Unjoni Civili, il-Kap Nazzjonalista qal li huwa aktar konservattiv minnu.

Mistoqsi mill-ġurnalist għar-raġuni li għaliha n-nies m’għandhomx fiduċja fih, Delia akkuża lin-nies li qegħdin jaraw biss sal-ponta ta’ mneħrihom u mhux iħarsu fit-tul.

Saħansitra kkritika r-rata li biha qed tikber l-ekonomija ta’ pajjiżna u qal li għandna nwaqqfu dan ir-ritmu ekonomiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend