"Be smart, don't start!" | One News

Notifiki

“Be smart, don’t start!”

 

Fis-sena 2016, 13% tal-imwiet kienu kawza tat-tipjip.

F’Malta hawn 20%tal-popolazzjoni Maltija li tpejjep. Tnaqqis ta’ 10% meta mqabbel mal-2002.

Bil-għan li d-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa iqajjem aktar kuxjenza dwar l-effett ħazin tat-tipjip fuq saħħet il-persuna, tnediet il-kampanja – Be smart, Don’t start.Kampanja immirata għaz-zgħazagħ bl-għajnuna tal-għaqdiet taż-żgħazagħ bħal KUS, Pulse u SDM. Għaqdiet li se jwasslu l-messaġġ sabiex iż-żgħażagħ ma jaqbdux dan il-vizzju.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni għas-Saħħa Paula Vassallo qalet li 50% taż-żgħazagħ li jpejpu, pruvaw jieqfu mit-tipjip.

 

“Se nużaw mezzi tax-xandir u l-midja soċjali biex iż-żgħażagħ u l-adulti ma jibdewx ipejjpu jew ifittxu l-għajnuna biex jieqfu jpejpu”.

Bħala parti mill-kampanja, professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa se jingħataw taħriġ ta’ kif jistgħu jgħinu persuna tieqaf tpejjep.

Vassallo appellat lil dawk kollha li jridu jiefqu jpejjpu sabiex ifittxu l-għajnuna tad-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa:

“Min irid jieqaf ipejjep jista’ jċemplilna fuq il-quite line u japplikka wkoll għal sessjonijiet one to one li jsiru f’diversi ċentri”.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend