M’għandniex bżonn ix-xhieda ta’ Busuttil – Delia – One News

Notifiki

M’għandniex bżonn ix-xhieda ta’ Busuttil – Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalistra Adrian Delia qal li ma ħassx il-bżonn li jitlob għax-xhieda ta’ Simon Busuttil fil-proċeduri fejn qed jitlob li tiġi ppubblikata l-inkjesta Egrant.

Mistoqsi minn ONE NEWS jgħid għaliex ħalla barra lil Busuttil mil-lista tat-23 persuna li talab li jixhdu fil-kawża minkejja li kien il-protagonist ewlieni fil-gidba Egrant, quddiem l-għatba tal-Qorti, Delia qal li ma ħassx il-bżonn.

 M’għandniex bżonn inħossu li m’għandniex bżonn ix-xhieda ta’ Simon Busuttil.

Dan minkejja li Delia nnifsu talab għas-sospensjoni ta’ Busuttil mill-partit wara l-eżitu tal-inkjesta. Viżibbilment skomdu bid-domanda, Delia għażel li jinsulenta l-intelliġenza tan-nies:

Jekk in nies li qed jisimghu lilek ibatu biex jifhmu dik- hu pacenzja u fehemhom ftit ahjar.

Intant fl-awla tal-qorti, l-Avukat Victoria Buttigieg mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali qalet li l-lista ta’ 23 xhud huma kollha irrelevanti għall-każ.

Żiedet tgħid li bil-mod kif infetħet il-kawża tmur ‘il barra mill-parametri tal-każ u li kulma jridu jagħmlu huwa li jġebbdu kemm jifilħu.

Matul il-kawża, l-Imħallef Robert Mangion wissa lill-avukati li qegħdin jidhru għal Delia sabiex jevitaw li jsiru repetizzjonijiet u jiġu għall-konklużjonijiet.  Dan hekk kif għal darb’oħra, l-oppożizzjoni quddiem il-bank tal-ġudikatura kompliet tirrepeti l-istess affarijiet li ġa ntqalu fl-ewwel seduta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend