Malta bl-akbar tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-UE | One News

Notifiki

Malta bl-akbar tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Ċifri tal-Eurostat juru li bejn April u Ġunju li għadda, Malta flimkien mal-Estonja kellha l-ogħla żieda fir-rata ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-opportunitajiet tax-xogħol f’Malta matul it-tieni kwart ta’ din is-sena żdiedet b’1.3 fil-mija jiġifieri tliet darbiet aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Fil-fatt l-istastika Ewropea turi li l-opportunijiet tal-impjieg fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u anke fiż-Żona tal-Ewro żdiedu b’0.4 fil-mija.

Iċ-ċifri juru wkoll li matul it-tien kwart tas-sena, kważi 239 miljun raġel u mara kellhom impjieg fl-UE, 158 miljun minnhom fiż-Żona Ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend