Kunċert tal-Eżaltazzjoni tas-Salib f'Għawdex | One News

Notifiki

Kunċert tal-Eżaltazzjoni tas-Salib f’Għawdex

Għall-festa liturġika tal-Eżaltazzjoni tas-Salib l-orkestra ‘Santa Ċeċilja’ ser ittella’ kunċert mużikali bl-isem ta’ ‘L-Armonija tas-Salib.’

L-orkestra ‘Santa Ċeċilja’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca ser tkun qed tfakkar is-Salib ta’ Kristu fl-14 ta’ Settembru fi Knisja Savina fis-19.30.

Dan ser isir permezz ta’ kunċert b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

F’dan il-kunċert ser jiġu esegwiti siltiet mużikali ta’ Możart, Caccini, Mercieca fost oħrajn. Ser jinqraw ukoll xi poeżiji b’rabta mal-istrumenti tal-passjoni miktuba mill-poetessa Għawdxija Mary Meilak.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend