Karting: Ginaluca Dingli b'suċċess fl-Italja | One News

Notifiki

Karting: Ginaluca Dingli b’suċċess fl-Italja

Suċċess ieħor għas-sewwieq tal-Karting Gianluca Dingli li ħa sehem fil-finali tat-Tazza Nazzjonali Rok 2018 f’Adria l-Italja.

Is-sewwieq Taljan Cardinali mexxa l-grupp fl-istadji bikri tar-rawnd iżda aktar tard waqt it-tiġrijiet ta’ prattika, is-sewwieq Pollakk Szczurek spiċċa fl-ewwel pożizzjoni. Fl-istess ħin rajna wkoll lil Dingli juri prestazzjoni eċċellenti, sabiex il-Malti irnexxielhu jikseb t-tielet post qabel is-sewwieqa Taljani Cicognini u Russo.

Dan ir-riżultat miksub minn Gianluca Dingli, huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għal sewwieqa Maltin.

Il-finali saret bejn il-7 u 9 ta’ Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend