It-tarbija kienet frott tqala sigrieta | One News

Notifiki

It-tarbija kienet frott tqala sigrieta

L-omm li abbandunat it-tarbija ftit tal-jiem ilu barra blokka ta’ appartmenti f’Buġibba, ma qalet lil ħadd li kienet tqila saħansitra anqas lis-sieħeb tagħha.

Kompliet tisħaq li ma kellhiex il-ħsieb tagħmel hekk, imma kienet deċiżjoni tal-mument wara li weldet it-tarbija. L-omm għandha 22 sena.

Cristiano, ilbieraħ kien irrilaxxat mill-isptar u ġie trasferit għall-creche tal-Ursulini f’Tas-Sliema flimkien ma’ ħuħ ta’ sena.

X’aktar li t-tifel twieled għall-ħabta ta’ nofsinhar u nstab qrib l-16.00 fi Triq il-Pijunieri f’Buġibba. Sorsi qalu li l-omm hija vittma ta’ ċirkostanzi u ma kellhiex problemi ta’ drogi. Hija kkoperat mal-pulizija u ammettiet li kienet l-omm fejn twasslet l-isptar Mater Dei biex terġa’ tara t-tarbija għal darb’oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend