Il-President ta’ Malta tingħata premju prestiġġjuż – One News

Notifiki

Il-President ta’ Malta tingħata premju prestiġġjuż

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ngħatat premju prestiġġjuż waqt it-tlettax-il edizzjoni tal-Premju Margutta – La Via delle Arti li ttellgħet għall-ewwel darba f’Malta.

Il-President ingħatat il-premju speċjali Sezione Empowerment għax-xogħol bla heda li twettaq biex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Il-President qalet li tħossha onorata li rċeviet dan ir-rikonoxximent waqt li faħħret ix-xogħol li qed iwettqu bosta nisa f’Malta, f’Ruma u f’reġjuni ewro-mediterranji biex jiddefendu d-drittijiet tat-tfal u li ħafna drabi ma jiġux irrapportati fil-midja.

Matul is-serata ġew rikonoxxuti wkoll għad ta’ personalitajiet fosthom il-kantanta Maltija Emma Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend