Il-Gvern Malti jwissi dwar l-Urugan Florence | One News

Notifiki

Il-Gvern Malti jwissi dwar l-Urugan Florence

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ jixtieq javża lill-Maltin li jinsabu fil-kosta tal-xlokk tal-Istati Uniti biex jieħdu il-prekawzjonijiet neċessarji u jekk hemm bżonn, jevakwaw miż-żona mill-iktar fis possibli.

L-Urugan Florence, li ħa jolqot iż-żona tax-xlokk tal-Amerka matul din il-ġimgħa, hu maħsub li ħa jkollu konsegwenzi traġiċi. L-istati li huma maħsuba li ser jintlaqtu mill-urugan huma dawn: South Carolina, North Carolina, Virginia, u possibiliment Georgia.

Ċittadini Maltin li jinsabu fiż-żona għandhom isegwu strettament l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet Amerikani.

Għal iktar informazzjoni dwar il-proċeduri neċessarji tas-sigurtà, żur dawn is-siti elettroniċi:

https://www.ncdps.gov/hurricane-florence-2018 għal ċittadini li jinsabu ġewwa North Carolina;
http://www.vaemergency.gov/hurricanes/ għal ċittadini li jinsabu ġewwa Virginia;
https://scemd.org għal ċittadini li jinsabu ġewwa South Carolina;
https://www.fema.gov/ is-sit prinċipali tad- Dipartment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti fejn jipprovdi informazzjoni ġenerali fuq proċeduri tas-sigurtà.

Apparti l-Urugan Florence, il-maltempati tropikali msejħin Helene Isaac telgħu għall-kategorija ta’ urugan. Għalkemm ir-rotta ta’ dawn l-urugani għadha mhix definita, hemm riskju kbir li ser jolqtu il-kosta tal-lvant tal-Istati Uniti u l-Karibew.

Għaldaqstant, l-Ambaxxata Maltija twissi biex ivvjaġġar lejn dawn in-naħat ikun limitat kemm jista’ jkun sakemm jgħaddi l-istaġun tal-urugani.

In-numru tal-emerġenza tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Washington DC fl-Istati Uniti hu: +1 202 716 3617.

Familjari ta’ Maltin jistgħu jagħmlu wkoll kuntatt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ fuq in-numru (+356) 21 242 191.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend