Diversi oġġetti għaċ-ċkejken Cristiano mwassla għand is-sorijiet mill-Pulizija – One News

Notifiki

Diversi oġġetti għaċ-ċkejken Cristiano mwassla għand is-sorijiet mill-Pulizija

Il-Poplu Malti rrikora bi ħġaru u għadu qed jirrikori fl-Għassa tal-Qawra b’diversi oġġetti għal Cristiano, it-tarbija li l-Ġimgħa nstab abbandunat f’parapett f’Bugibba.

Kien wara appell tas-Surġent Glen Carabott fuq facebook sabiex jinġabru oġġetti għal dan it-tifel ċkejken li diversi persuni ħadu kull xorta ta’ affarijiet fl-Għassa tal-Qawra.

Is-Surġent Carabott li kien hu li refa’ lit-tarbija għall-ewwel darba, flimkien mal-kollegi tiegħu wasslu trakk oġġetti li nġabru lil Crache tal-Ursolini.

Filwaqt li rringrazzja lil Poplu Malti li rrikora fl-Għassa tal-Qawra bil-mijiet, kif ukoll lis-superjuri tiegħu fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija li wrew l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva, huwa qal : “Imlew l-għassa bl-affarijiet tal-babies push chairs, prams, nappies, wipes kull ma jeżistu oġġetti tat-tfal. Illum ġibna l-affarijiet kollha lil Crache għax dawn mhux tifel wieħed biss għandhom imma għandhom ħafna tfal”

Huwa qal kif minkejja lill-Pulizija xi kultant mhux impenġijin sbieħ għax parti minn xogħlom hu fost oħrajn li jgħatu xi ċitazzjoni, kulħadd huwa uman.

Is-Surġent Carabott qal kif il-fatt li hu missier għinu kif għandu jireaġixxi dak il-ħin li ra t-tarbija quddiemu.

 “Tarbija tat-twelid hi tarbija tat-twelid, huwa miraklu u tarah hemmhekk issa nirringrazzjaw l-Alla li nstabet l-omm u jekk alla jrid ikollha l-għajnuna kollha li tixtieq”, temm jgħid Carabott.

Is-Soru Martine Cauchi mill-Crache tal-Ursolini,  qalet kif mit-tbatija ta’ dan il-każ ta’ tarbija li sfat abbandunata ħareġ is-sabiħ ta’ persuni bħal pulizija li ħafna drabi mhux kulħadd jarahom f’dawl sabiħ.

Tkellmet ukoll dwar id-diversi kummenti tan-nies x’ħin ħarġet l-aħbar li tifel instab abbandunat. Qalet kif sar ikun hemm wisq ġudizzju ta’ malajr u din il-familja partikolari għanda bżonn nadruwa u nħobbuha u mhux wieħed jasal għal konklużjonijiet tiegħu.

Hi kellha messaġġ ieħor xi twassal dwar din it-tarbija li issa qed fl-imħabba tas-sorijiet tal-Ursolini.

“Dan it-tifel verament għandna nħobbuh u kif nitkellmu fuqhu, għandna nitkellmu b’imħabba u b’rispett u jgħix ħajtu kif suppost għandu jgħixa” temmet tgħid Suor Martine Cauchi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend