ARA: Kienet ġurnata perfetta imbagħad ġara li ġara | One News

Notifiki

ARA: Kienet ġurnata perfetta imbagħad ġara li ġara

Kienu id-8.45 ta’ filgħodu ħin lokali meta ajruplan tal-passiġġieri daħal ġo wieħed miż-żewġ torrijiet tal-World Trade Centre fi New York.

Minn hemm bdiet sensiela ta’ attakki terroristiċi li wasslu lill-Istati Uniti għall-aktar jum imdemmi mill-aħħar gwerra dinjija sal-lum.

B’rabta mas-sbatax-il anniversarju minn dan l-attakk fuq l-Istati Uniti, ONE News tkellem mal-ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Kathleen Hill li dakinhar tal-attakk kienet f’Washington DC. Hija spjegat kif l-għodwa tal-ħdax ta’ Settembru bdiet bħala waħda perfetta.

“It was an extraordinary beautiful day, it was a clear sunny sky, there wasn’t a cloud in the sky the weather was beautiful and it was the perfect day and than this happened”

L-ambaxxatri kompliet tghid kif dakinhar tal-attakk għall-ewwel ħasbu li l-impatt tal-ewwel ajruplan kien xi forma ta’ inċident madankollu mat-tieni impatt inbel kollox.

“I remember i was actually walking through the cafeteria and i saw on the screen on the news, they were covering the fire at the first tower and i was watching the fire at the first tower and than the second plane hit the second tower and at that moment everyone knew something bigger was going on”

Fost l-aktar affarijiet li ħallew impatt fuqha, b’ton ta’ niket Hill fakkret fil-qlubija tal-vittmi u tal-ħaddiema tal-emerġenza li tilfu ħajjithom waqt li ġġarfu t-torrijiet.

“One of the flights, flight 93, where the passengers took the plane down rather than having it fly to its original target which was the us capitol in washington dc. they literally  wouldn’t let that happen, they fought back and they lost their lives fighting back”

Mistoqsija dwar kif ħassitha bl-aħbar tal-arrest u esekuzzjoni ta’ Osama Bin Laden mill-Forzi Amerikani, hija esprimiet is-sodisfazzjoni li saret ġustizzja madankollu xejn ma jista’ jqabbel mat-telfa li ġarrbet l-Istati Uniti.

Is-Sinjura Hill kompliet tispjega kif b’dan l-attakk l-Istati Uniti kompliet isaħħaħ ir-rabtiet diplomatiċi tagħha ma’ diversi pajjiżi li sa minn ftit mumenti wara l-attakk, ingħaqdu u taw is-sosten tagħhom lill-Gvern Amerikan.

“It definitely invigurated our diplomacy, around the world. it really solidified our relationships and alliances we already had based on the outpouring of support and comradory, particularly in the aftermath, it really strenghtened those relationships astronomically”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend