Adrian Delia f'laqgħa mal-Kaptan tal-Lifeline | One News

Notifiki

Adrian Delia f’laqgħa mal-Kaptan tal-Lifeline

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ mal-Kaptan tal-MV Lifeline Claus Peter Reish li jinsab mixli li kiser ir-regoli marittimi internazzjonali meta uża l-vapur fl-ibħra territorjali Maltin meta mhux irreġistrat u ma kellux liċenzja minn Transport Malta.

Fuq l-għatba tal-Qorti, il-Kap Nazzjonalista ltaqa’ mal-Kaptan u tah appuntament biex jiltaqa’ miegħu matul il-jum. Huwa żied jifraħlu għax-xogħol li kien qed jagħmel.

Il-kaptan Reish kien fit-tmun tal-vapur li fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda daħal f’Malta b’234 immgirant li l-biċċa l-kbira tagħhom diġà taqqsmu bejn għadd ta’ pajjiżi Ewropej.

Dan il-każ wassal biex il-Gvern Malti jżomm sod u bl-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea waqqaf l-MV Lifeline u żewġ vapuri oħra simili milli jkomplu joperaw minn Malta.

Il-Gvern Malti bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea sostna li l-vapuri kollha li kienu qegħdin joperaw mill-Mediterran, inkluż dawk ta’ għaqdiet mhux governattivi għandhom jirrispettaw il-liġi u ma jostakolawx l-operazzjonijiet li kienu qegħdin iwettqu l-gwardji tal-kosta Libjana.

Intant il-każ ġie differit għal Ottubru wara li l-ittri regatorji mill-awtoritajiet Olandiżi dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapur Lifelien baqgħu ma waslux.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend