Naħdem erbat ijiem flok ħamsa u nitħallas l-istess? Iva ta! | One News

Notifiki

Naħdem erbat ijiem flok ħamsa u nitħallas l-istess? Iva ta!

X’taħseb li kieku tkun tista’ taħdem biss erbat ijiem minn ħamsa, u l-paga tibqa’ l-istess?

Tajjeb, le?

Bosta kumpaniji qed jistudjaw il-possibiltà li l-impjegati tagħhom jaħdmu biss erbat ijiem fil-ġimgħa u jieħdu vantaġġ mill-mod kif żviluppat it-teknoloġija llum il-ġurnata.

Fl-Ingilterra, diversi Unjins tal-ħaddiema se jappellaw lill-Gvern ta’ Theresa May biex iħeġġu l-ħaddiema jaħdmu inqas sigħat mingħajr ma jkollhom paga inqas.

F’Wales, kien hemm kumpaniji li bdew din l-inizjattiva, u nnutaw titjib fl-ammont ta’ xogħol li sar mill-istess impjegati li ħadmu erbat ijiem flok ħamsa.

Minkejja r-riżultati pożittivi, din ma kinitx bidla faċli, għaliex il-ħaddiema riedu juru li jistgħu itellgħu xogħol f’erbat ijiem daqs kemm itellgħu f’ħamsa, u jkun ħaqqhom l-istess ammont ta’ ħlas xorta waħda.

F’kummenti mal-midja, impjegat li qed jibbenefika minn din l-inizjattiva qal li issa, għandu iktar ċans iqatta’ ħin mal-familja. “Missieri kien jaħdem sigħat twal ħafna, kien ikun barra qabel ma nkun qomt għall-iskola, u kien jiġi lura d-dar wara li nkun irqadt”.

Impjegata oħra kellha ċ-ċans tippubblika numru ta’ poeżiji oriġinali grazzi għal din l-inizjattiva, u qalet li “ma narahiex impossibbli li persuna ttella’ ħamest ijiem xogħol f’ erba’, mhux diffiċli xejn jekk tpoġġi moħħok hemm”.

L-isfida dejjem tibqa’ li kull xogħol għandu l-bżonnijiet tiegħu, jgħidu l-Unjins Ingliżi. Għalhekk, diskussjonijiet mal-Gvern u riċerka adekwata huma lkoll kruċjali biex din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend