Malta b’waħda mill-aħjar liġijiet dwar il-protezzjoni tal-Whistleblowers fl-U.E. – One News

Notifiki

Malta b’waħda mill-aħjar liġijiet dwar il-protezzjoni tal-Whistleblowers fl-U.E.

Il-liġi f’Malta dwar il-whistleblowers hija waħda mill-aħjar fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tinkludi ħafna mill-istandards Ewropej u internazzjonali.

Stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja kkonfermat dan, u sostniet li din hija konklużjoni minn rapport tal-organizzazzjoni ‘Blueprint for free speech’.

Ir-rapport jinnota li l-protezzjoni li joffri pajjiżna lill-whistleblowers hija fost l-iktar b’saħħithom fid-dinja.Malta ġabet it-tieni l-ogħla persentaġġ f’dan il-qasam b’59.3 fil-mija, u hija fost l-uniku erba’ Stati Membri Ewropej li għandhom protezzjoni tal-whistleblowers li jaqbżu l-50 fil-mija.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dawn ir-riżultati juru biċ-ċar l-impenn tal-Gvern Malti f’dan is-settur, u sostna li Malta se tkompli tkun fuq quddiem nett fit-tisħiħ tar-Rule of Law.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend