Lura għan-normal il-provvista tal-ilma fin-naħa t’isfel ta’ Malta – One News

Lura għan-normal il-provvista tal-ilma fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-ħsara estensiva li affetwat il-provisita tal-ilma sa mill-bieraħ, fl-inħawi tal-Kottonera ġiet solvuta.

Il-Korporazzjoni terġa tiskuża ruħha mall-pubbliku għal dan l-inkovenjent u tirringrazzja lil ħaddiema li bla waqfien ħadmu f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex il-ħsara tissolva mill-aktar fis.

Main ta’ 9 pulzieri fl-inħawi tal-Verdala (Bormla), żviluppalu ħsara u wara li dan ġie lokalizzat, inbidlet parti minnu.  Fl-istess ħin ukoll, saret manutenzzjoni vicin il-mina ta’ Hompesch, Żabbar.

L-ilma infetaħ u l-provvista għandha tirritorna lura għan-normal fil-ħin li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend