L-Isqof Malti fil-Libja evakwat bl-għajnuna tal-Gvern – One News

Notifiki

L-Isqof Malti fil-Libja evakwat bl-għajnuna tal-Gvern

L-Isqof Malti fi Tripli George Bugeja wasal lura Malta wara li ġie evakwat mil-Libja bl-għajnuna tal-Gvern fuq talba tiegħu.

one.com.mt jinsab informat l-Isqof Bugeja wasal Malta għall-ħabta tas-7.20 p.m. fuq titjira tal-linja tal-ajru Medavia.

L-Isqof Bugeja talab li jiġi evakwat wara li fl-aħħar ġimgħat is-sitwazzjoni fil-Libja marret mill-ħażin għall-agħar bi ġlied kontinwu bejn għadd ta’ milizji.

F’kummenti ma’ one.com.mt qal li s-sitwazzjoni fil-kapitali Libjana kkalmat xi ftit minkejja attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt fi Tripli. Saħaq li daqs tliet ġimgħat oħra se jirritorna fi Tripli, u jittama li “l-affarijiet jilħqu jiġu f’posthom”.

Huwa qal li sab għajnuna siewja mill-Gvern biex jinġieb lura Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend