"Jagħmel sew min itajjarhom u jibqa sejjer" | One News

Notifiki

“Jagħmel sew min itajjarhom u jibqa sejjer”

“Jagħmel sew min itajjarhom u jibqa sejjer” .

Hekk kienet ir-reazzjoni ta’ ġuvni partikolari dwar l-aħbar li l-Pulizija qed taqbad 26 sewwieq fis-siegħa ghadejjin b’veloċità perikoluża mit-toroq Maltin.Fil-kumment tiegħu l-ġuvni rrefera għall-attentat ta’ qtil fuq il-kuntistabbli Simon Schembri fejn ftit tax-xhur ilu sofra diżabilita ta’ 66% wara li Liam Debono magħruf bħala l-Lillu kaxkru għal mijiet ta’ metri taħt il-karozza tiegħu. Kawża tal-inċident il-kuntistabbli tilef ukoll parti minn idu l-leminija minħabba ksur ikrah li ġarrab.

Il-kumment tal-ġuvni qajjem għagħa fost il-Pulizija u wassal għall-kummenti ta’ bosta fosthom tal-Ispettur Sandro Camilleri fejn qal li l-pulizija qed taqdi dmirha u mhux sew li jintqalu kummenti ta dan it-tip fuq il-Pulizija u familthom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend