Illejla Malta tilgħab it-tieni logħba fin-Nations Cup | One News

Notifiki

Illejla Malta tilgħab it-tieni logħba fin-Nations Cup

It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab it-tieni logħba minn Grupp D3 tan-Nations Cup meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħab kontra l-Azerbaijan.  Malta tilfet fl-ewwel logħba 3 – 1 away kontra l-Faroe Islands filwaqt li l-Azerbaijan spiċċaw l-ewwel logħba f’parita ta’ mingħajr goals kontra l-Kosovo.F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia talab għall-għaqda fost il-Maltin sabiex it-tim Nazzjonali jerġa’ jibda jikseb riżultati tajbin.  Farrugia sostna li illejla iridu nagħmlu biss l-affarijiet tajbin li għamilna kontra l-Faroe Islands u ma nirrepetux l-iżbalji li wasluna għat-telfa ta’ nhar il-Ġimgħa.

Ray Farrugia mistenni li juża l-istess formazzjoni tatika ta’ 5 – 4 – 1 iżda ma jeskludix l-introduzzjoni ta’ attakant ieġor mal-ħin tal-logħba.

Malta kontra Azerbaijan illejla fil-20.45 fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend